L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor (Malta Rowing Association) [facebook], bl-għajnuna ta’ SportMalta bi pjacir tħabbar li l-klabbs tal-qdif affiljati magħha, se jingħaqdu flimkien nhar is-Sibt 8 ta’ Lulju 2017 biex jorganizzaw l-attività annwali Regatta Youths+ 2017. Din l-attivita’ tifforma parti mill-inizjattiva Solidarjetà bl-Isports issir biex jissaħħaħ l-isport tal-qdif fost fost il-Maltin, specjalemt fost iz-zgħazagħ u biex fl-istess ħin bħala kommunita` sportiva nuru soledarjeta` billi ngħinu biex jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund. F’din ir-Regatta se jighataw ghall-ewwel darba awads godda mill-President ta’ l-Assocjazzjoni.
Il-Programm tar-Regatta Youths+ ta’ din is-sena se jibda fl-4.45pm b’ceremonja li fiha se jitbierku d-dgħajjes, il-qaddiefa u dawk prezenti.
Il-Programm sħiħ se jkun kif gej:
- 4.45pm: Tberik tad-Dgħajjes u dawk prezenti
- 5.00pm: Tigrija Community Chest Fund– Dgħajjes tal-Pass b’Erbgħa Qaddiefa, (BLA PUNTI)
- 5.20pm: Kategorija Under 18 – Dgħajjes tal-Pass b’Erbgħa Qaddiefa, flok tal-Medalji. (L-ewwel: ghoxrin punt; it-tieni: tnax-il punt; it-tielet: sitt punti.)
- 5.45pm: Kategorija Under 18 – Frejgatini (L-ewwel: tnax-il punt; it-tieni: tmien punti; it-tielet: erba’ punti.)
- 6.00pm: Tigrija tal-Barklori – Dgħajjes tal-Pass b-Qaddief Wieħed, (BLA PUNTI)
- 6.20pm: Kategorija Under 18 – Dgħajjes tal-Pass b-Zewġ Qaddiefa (L-ewwel: ghoxrin punt; it-tieni: tnax-il punt; it-tielet: sitt punti.)
- 6.40pm: Kategorija Under 18 – Kajjikki (L-ewwel: tnax-il punt; it-tieni: tmien punti; it-tielet: erba’ punti.)
- 7.00pm: Kategorija Under 18 – Dgħajjes tal-Pass b’Erbgħa Qaddiefa (L-ewwel: erbgħa u għoxrin punt: it-tieni: sittax-il punt; it-tielet: tmien punti.)
- 7:15pm: Premjazzjoni Finali
Il-Kategorija ‘Under 18’ hija miftuħa għall-qaddiefa li twieldu fis-sena 1999 jew wara u twassal ghar-rebh tax-Shield ‘Under 18′ li ssir l-iskop li jissaħħaħ dan l-isport tradizzjonali fost iz-zgħazagħ.
Barra mill-ħames tigrijiet li jsiru s-soltu, din is-sena, sejrin isiru wkoll zewg tigrijiet extra. Fil-fatt l-ewwel tigrija fil-programm se tkun it-tigrija bid-Dgħajjes tal-Pass b’Erbgħa Qaddiefa li se tinqadef min qaddiefa, membri tal-kumitati tal-klabbs jew persuni oħra eligibbli bl-iskop illi jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund. Dawk il-crews li jkollhom ta’ l-anqas qaddief wiehed Over 40 se jkunu eligibbli ukoll ghall-Kategorija Masters li qed issir ghall-ewwel darba fuq inizjattiva tal-President.
Tigrija oħra barra mill-programm tax-Shield se tkun “Tiġrija ta’ b’Wieħed” li se tinqadef min membri tal-kumitati jew qaddiefa. Din it-tigrija saret bi prova għall-ewwel darba is-sena l-oħra u tinqadef fuq dgħajsa tradizzjonali tal-Pass minn qaddief wieħed bil-wieqfa.
Iktar informazzjoni dwar din l-attivita` fis-snin ta’ qabel: 2016 – 2015. Biex tkun tista torganizza din l-attivita`, l-Għaqda ħarget seħja pubblika għall-quotes (sejħa miftuħa sal-Hamis 22 ta’ Gunju 2017, 12:00CET). Aktar dettalji jinsabu għawn.
You must be logged in to post a comment.