L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor [Malta Rowing Association, facebook, contact] hija l-assoċjazzjoni nazzjonali Maltija ta’ l-isport tal-qdif u ggib flimkien is-sebgħa Clubs Maltin li jipprattikaw dan l-isport u jieħdu sehem fir-Regatta Nazzjonali tradizzjonali Maltija u Clubs oħra tal-qdif.
- Birzebbugia Regatta Club
- Bormla Regatta Club
- Birgu Regatta Club
- Kalkara Regatta Club
- L-Isla Regatta Club
- Marsa Regatta Club
- Marsamxett Regatta Club
- Siggiewi Rowing Club
- University of Mata Rowing Club
L-isport tal-qdif f’Malta għandu storja twila u jmur lura mijjiet ta’ snin u għadu jgawdi popolarita’ kbira. L-Għaqda għanda ir-responsabilta’ teknika tar-Regatti Nazzjonali u torganiżża wkoll sett ta’ tigrijiet għall-qaddiefa żgħażagħ (Regatta Youths+) taħt ir-regoli tagħha.
L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor hija affiljata mal-FISA, SportMalta u l-Malta Olympic Committee.