Bl-iskop li jkompli jkun sostnut l-isport tal-qdif kemm fost iż-żgħar u fost atleti li huma inqas żgħar fl-eta`, il-President ta’ l-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor, fuq inizjattiva personali, qed iħabbar it-twaqqif ta’ żewg premjiet specjali kif gej:
- President’s Award for Upcoming Talent: Regolament: Dawn il-medalji jingħataw lill-iżgħar tlett qaddiefa li jieħdu sehem fit-tiġrijijiet li jsiru fir-Regatta Youths+. Dan il-premju qed jitwaqqaf biex ikun hemm aktar inklusivita` fl-isport u jinagħata iktar valur lil isforz tal-qaddifa ġodda li jkunu għadom żgħar fl-eta`.
- Medalji tal-President fil-Kategorija Masters (L-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet post). Regolament: Dawn il-medalji jkunu eligibbli għalihom il-Crews li jieħdu sehem fit-Tiġrija Commuity Chest Fund li tradizzjonalment issir fir-Regatta Youths+ li jkollom magħhom qaddief wieħed jew aktar li jkollu il-fuq min 40 sena dak in-nhar tar-Regatta. Dan il-premju qed jitwaqqaf biex ikun hemm aktar inklusivita` fl-isport u jinagħata iktar valur lill-kuncett ta’ Active Aging.
Dawn il-premjijiet se jingħataw ghall-ewwel darba nhar is-Sibt 8 ta’ Lulju 2017.
Dott. Joseph N Grima
President, Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor
Illum it-Tnejn 3 ta’ Lulju 2017