Rizultati:
Rebbieħa Overall Under 18:
1. Bormla
2. Birzebbuga u Kalkara
Rizultati Under 18 – 2015
Ir-Rizulatat ufficjali huwa dan:
Dgħajjes tal-Pass b’4 qaddiefa:
1. Bormla
2. Kalkara
3. B’Buga
Frejgatini:
1. B’Buga
2. Isla
3. Kalkara
Dgħajjes tal-Pass b’2 qaddiefa:
1. Bormla
2. Kalkara
3. B’Buga
Kajjikki:
1. Isla
2. Bormla
3. Kalkara
Dgħajjes tal-Pass b’4 qaddiefa:
1. Bormla
2. B’Buga
3. Kalkara
Rizultati Kumitati:
Dgħajjes tal-Pass b’qaddief wieħed:
1. Birgu
2. Marsa
3. M’Mxett
Dgħajjes tal-Pass b’4 qaddiefa:
1. M’Mxett
2. Birgu
3. Bormla
L-Għaqda Regatta Nazzjonali [facebook], bl-għajnuna tal-Kunsill malti ghall-Isport u l-Agenzija Zghazagh, bi pjacir tħabbar li l-klabbs ta’ Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Marsa, Marsamxett Valletta u Biżebbuġa li huma membri fl-Għaqda Regatta Nazzjonali, se jingħaqdu flimkien biex jorganizzaw l-attività annwali Regatta Youths+ 2015. Din l-attivita’ tifforma parti mill-inizjattiva Solidarjetà bl-Isports 2015 qed issir biex jissaħħaħ l-isport tal-qdif fost iz-zgħazagħ u jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund. L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca se tkun qed izzur din l-attivita’ fis-7pm. Se jkun prezenti wkoll l-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni , Żgħażagħ u Sport.
Il-Programm tar-Regatta se jibda fl-4.45pm b’ceremonja li fiha se jitbierku d-dghajjes, il-qaddiefa u dawk prezenti.
Il-Programm sħiħ tra’ tigrijiet se jkun kif gej:
- 5.00pm: Kategorija Kumitati – Dgħajjes tal-Pass b-Qaddief Wieħed, (BLA PUNTI)
- 5.20pm:Kategorija Under 18 – Dgħajjes tal-Pass b’Erbgħa Qaddiefa, flok tal-Medalji. (L-ewwel: ghoxrin punt; it-tieni: tnax-il punt; it-tielet: sitt punti.)
- 5.45pm: Kategorija Kumitati – Dgħajjes tal-Pass b’Erbgħa Qaddiefa, (BLA PUNTI)
- 6.00pm: Kategorija Under 18 – Frejgatini (L-ewwel: tnax-il punt; it-tieni: tmien punti; it-tielet: erba’ punti.)
- 6.20pm: Kategorija Under 18 – Dgħajjes tal-Pass b-Zewġ Qaddiefa (L-ewwel: ghoxrin punt; it-tieni: tnax-il punt; it-tielet: sitt punti.)
- 6.40pm: Kategorija Under 18 – Kajjikki (L-ewwel: tnax-il punt; it-tieni: tmien punti; it-tielet: erba’ punti.)
- 7.00pm: Kategorija Under 18 – Dgħajjes tal-Pass b’Erbgħa Qaddiefa (L-ewwel: erbgħa u għoxrin punt: it-tieni: sittax-il punt; it-tielet: tmien punti.)
Huwa kkonfermat li l-Clubs kollha se jiehdu sehem kif gej:
- Birgu Regatta Club
- Birzebbugia Regatta Club
- Bormla Regatta Club
- Isla Regatta Club
- Kalkara Regatta Club
- Marsa Regatta Club
- Marsamxett Regatta Club
Din l-attività se ssir nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju 2015 fil-5pm fil-Port il-Kbir, in-naħa tal-bajja tal-Rinella il-Kalkara. Ir-regolamenti u formoli tar-reġistrazzjoni tal-qaddiefa jisabu għawn. Din ir-Regatta ‘Under 18’ kienet waħda mill-attivitajiet għall-qalb il-mibki Nazzareno Mifsud, ex-President ta’ l-Għhaqda Regatta Nazzjonali. Kieku Zaren kien għadu haj, zgur kien ikun prezenti għal din ir-Regatta. Din is-sena, se tinzamm minuta silenzju għar-rispett tiegħu u huwa mitlub illi mad-dgħajjes titwaħħal faxxa sewda, b’turija ta’ rispett,
Barra mill-ħames tigrijiet li jsiru s-soltu, din is-sena, sejrin isiru wkoll zewg tigrijiet bejn membri tal-kumitati. Fil-fatt l-ewwel tigrija fil-programm se tkun it-“Tiġrija ta’ b’Wieħed” li se tinqadef min membri tal-kumitati. Din it-tigrija ilha ma ssir diversi snin u tinqadef fuq dgħajsa tradizzjonali tal-Pass minn qaddief wieħed bil-wieqfa.
Din is-sena, wara laqgħat maz-zgħazagħ li se jieħdu sehem f’dawn it-tigijiet, sejjer jigi mogħti Palju lil kull qaddief li li se jaqdef fid-dgħajjes li jidħlu l-Ewwel,it-Tieni u t-Tielet. Dan kien possibli bl-għajnuna tal-JB Stores li gentilment offrew il-ħjata ta’ dawn il-paljijiet bħala sponsor, u l-Kunsill Malti ghall-iSport.
Il-Kategorija ‘Under 18’ hija miftuħa għall-qaddiefa li twieldu fis-sena 1997 jew wara.
Il-Kategorija tal-Kumitati hija miftuha għall-membri tal-kumitati tal-klabbs li huma membri fl-Għaqda Regatta Nazzjonali (Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Marsa, Marsamxett Valletta u Biżebbuġa) li qed jaqdfu bl-iskop illi jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund u fl-istess ħin jgħinu biex jissaħħaħ dan l-isport.
You must be logged in to post a comment.