Rizulatati u hinijiet eccellenti mil-Maltin fit-tigrijiet li hadu sehem fihom fir-Regatta Internazzjonali li saret illum f’Reno di Luggiano (Coppa Europa)

L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor​ bi pjacir thabbar li l-qaddiefa Maltin illum gabu rizulatati u hinijiet eccellenti fit-tigrijiet kollha li illum hadu sehem fihom fir-Regatta Internazzjonali li saret illum f’Reno di Luggiano (Coppa Europa).
Fost l-ohrajn, il-crews Maltin gew l-ewwel,f’tigriet specjali tal-gozzo (U18 u kbar). Gew ukoll it-tielet fil-European Cup tal-Jole, tigrija li kienet kombattuta hafna.
Dan juri wkoll li hemm potenzjal kbir f’dan l-isport u li hemm bzonn jigi kkurat u sostnut. Din l-inizjattiva tal-Għaqda Regatta Nazzjonali, setgħet issir bl-għajnuna tal-FICSF, il-Kumitat Olimpiku Malti u tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport immexxi mill-Onor. Chris Agius.
Iktar informazzjoni min fuq is-sit tal-FICSF (www.ficsf.it)
Is-Sibt, 10 ta’ Ottobru 2015