Din il-ġimgħa, grupp ta’ tnejn u għoxrin qaddief Malti kienu qed jitħarrġu taħt kowċis Taljani fuq dgħajjes li jintużaw għar-Regatti Nazzjonali Taljani taħt l-awspiċju tal-Federazzjoni Taljana tal-qdif tradizzjonali (FICSF) bi preparazzjoni għar-Regatta Internazzjonali li se ssir illum s-Sibt f F’dawn id-dgħajjes isir qdif kemm bilqegħda (fid-dgħajjes Jole u Gozzo) u bil-wieqfa (Voga in piedi) b’teknika li tixbah ħafna l-mod kif tradizzjonalment naqdfu f’Malta.
Bħal Malta, l-isport tal-qdif tradizzjonali huwa mifrux sew fl-Italja fejn isiru diversi Regatti kemm fuq bażi lokali, nazzjonali u internazzjonali. Il-ħsieb hu li ż-żewġ federazzjonijiet tal-qdif, jiġifieri dawk Maltija u Taljana jibdew jaħdmu iktar fil-qrib bl-iskop li l-qdif tradizzjonali fid-diversi forom tiegħu jkompli jissaħaħ.
Jan Tanti, qaddief mill-Isla li ser jieħu f’din ir-Regatta u li tkellem f’isem sħabu l-qaddiefa qal li huwa jinsab kuntent illi qed isir sforz biex l-isport tal-qdif f’Malta jieħu spinta l’quddiem. Hu qal li s’issa, l-qaddiefa maltin jagħmlu sena jitħarrġu għal żewġattivitajiet fis-sena biss. “Inħoss li b’oppurtunitajiet bħal dawn, aħna l-qaddiefa se jkollna l-opportunita li nipprattikaw l-isport tagħna fuq livel kompetittiv b’mod aktar spiss. Barra min hekk, b’inzjattivi bħal dawn nistgħu nitgħallmu affarijiet ġodda minn timijiet barranin biex b’hekk il-livell tagħna jkun jista jkompli jitjieb”.
Din l-inizjattiva tal-Għaqda Regatta Nazzjonali, setgħet issir bl-għajnuna tal-FICSF, il-Kumitat Olimpiku Malti u tas-SegretarjatParlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport immexxi mill-Onor. Chris Agius.
You must be logged in to post a comment.