Qaddiefa Maltin fil-European Indoor Rowing Championships

Maximilian Mamo, Russell Bugeja u Thomas Farrugia illum ħallew Malta biex jieħdu sehem fil-European Indoor Rowing Championships li se jsiru fi tmiem il-ġimgħa fi Györ, l-Ungerija. Din hija l-ewwel darba li l- Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor, l-assoċjazzjoni nazzjonali li tirrapreżenta l-isport tal-qdif fil-gżejjer Maltin qaddiefa bgħatet atleti Maltin biex jieħdu sehem f’isem Malta f’dawn it-tip ta’ tlielaq internazzjonali. Maximilar Mamo (qaddief afffiljat mall-Club tar-Regatta ta’ Bormla) u Thomas Farrugia (STRAMAX Club) se jieħdu sehem fil-kategorija lightweight waqt li Russell Bugeja (qaddief affiljat mall-Club tar-Regatta ta’ Birzebbugia) li għad ghandu biss sittax-il sena se jieħu sehem fil-kategorija taz-zgħazagħ U19.

L-ateleti gew magħzula skond ir-rizultati li nkisbu fl-ewwel Indoor Rowing National Championship li ġie organiżżat mill-Għaqda f’Novembru li għadda fit-Topaz Hotel, San Pawl il-Baħar. Din il-kompetizzjoni, li se tibda ssir kull sena, hija miftuħa kemm għall-qaddiefa affiljati ma’ l-assoċjazzjoni kif ukoll għal atleti oħra.

Il-parteċipazzjoni ta’ dawn it-tlett atleti kienet possibli grazzi għall-għajnuna mill-Malta Olympic Committee u mill-FISA.

Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor tirringrazzja wkoll lis-Sur Mark Farrugia li qed jakkompanja lill-atleti.

Aktar informazzjoni fuq http://ecrowing2016.hu u www.maltarowing.com.

gyor-qaddiefa
Maximilian Mamo, Thomas Farrugia u Russell Bugeja