Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor tavża li fil-laqgħa tal-Kunsill li saret nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar 2016 gie deċiż illi l-qisien u/jew piż minimu tad-dgħajjes li jintużaw fir-Regatta Nazzjonali ta’ Jum il-Ħelsien u fir-Regatta Nazzjonali ta’ Jum il-Vittorja għandhom ikunu skond kif spjegat fl-avviż Cust. 741/75 ippublikat fil-Gażżetta tal-Gvern fid-19 ta’ Awwissu 1975, pp. 2737-2738, liema qisien ġew addottati bħala KEJL STANDARD TAD-DGĦAJJES TAR-REGATTA mill-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor mil-lum il-quddiem.
Kopja ta’ dawn il-qisien jinsabu GHAWN.
Dan biex kullħadd jirregola ruħu.
Illum il-Gimgħa, 12 ta’ Frar 2016,
Joseph Grima, President